# L.S. 601.09, regolament 7. Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/7 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/7
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet mogħtija għal -
   (a) il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;
   (b) il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil tali netwerks.
(2) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw ukoll għal konċessjonijiet b’wieħed, jew it-tnejn, mis-suġġetti li ġejjin meta huma jkunu konnessi ma’ attività msemmija fis-subregolament (1):
   (a) proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew dranaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn għoxrin fil-mija tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawk il-proġetti jew minn stallazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-dranaġġ; jew
   (b) ir-rimi jew it-trattament tad-dranaġġ.
