# L.S. 601.09, regolament 68. Garanziji proċedurali għall-offerti b’valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-valur fl-Iskeda 3

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/68 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/68
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Għall-offerti b'valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Iskeda 3, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tipprovdi:
   (a) fl-avviż tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni;
   (b) fl-istedina biex tiġi sottomessa offerta jew f’dokumenti oħra ta’ konċessjoni, deskrizzjoni tal-kriterji tal-għoti u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu.
(2) L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ tillimita l-għadd ta’ kandidati jew ta’ offerenti għal livell xieraq bil-kundizzjoni li dan isir b’mod trasparenti u fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi. L-għadd ta’ kandidati jew offerenti mistiedna għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.
