# L.S. 601.09, regolament 65. Informazzjoni lill-offerenti dwar il-proċedura magħżula

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/65 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/65
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tikkomunika deskrizzjoni tal-organizzazzjoni prevista tal-proċedura u skadenza indikattiva għat-tlestija lill-parteċipanti kollha. Kwalunkwe modifika għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti kollha u, jekk il-modifika tkun tikkonċerna elementi żvelati fl-avviż tal-konċessjoni jew fil-Gazzetta, skont il-każ, hija għandha tiġi rreklamata lill-operaturi ekonomiċi kollha.
