# L.S. 601.09, regolament 64. Żvelar ta’ informazzjoni mhux kunfidenzjali

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/64 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/64
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Id-dispożizzzjonijet tar-regolament 63 m'għandhomx jipprevjenu l-iżvelar pubbliku ta’ partijiet mhux kunfidenzjali ta’ kuntratti konklużi, inkluż xi tibdil sussegwenti.
(2) L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tista’ timponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti immirati biex jipproteġu n-natura konfidenzjali ta’ informazzjoni li hi tagħmel disponibbli matul il-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni.
