# L.S. 601.09, regolament 62. Garanziji proċedurali

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/62 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/62
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti skont ir-regolament 79 dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti, fejn applikabbli, mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti;
   (b) l-offerent ikun konformi mal-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni kif imsemmija fir-regolament 77;
   (ċ) l-offerent ma jkunx eskluż milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għotja f’konformità mat-Taqsima VI tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku; u
   (d) l-offerent mhuwiex black listed skont it-Taqsima VI tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
(2) Ir-rekwiżiti minimi msemmijin fis-subregolament (1)(a) għandhom jinkludu kundizzjonijiet u karatteristiċi (partikolarment tekniċi, fiżiċi, funzjonali u legali) li kwalunkwe sejħa għal offerti għandha tissodisfa jew ikollha.
