# L.S. 601.09, regolament 6. Nuqqas ta’ applikabbiltà fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/6 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/6
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet li għandhom l-għan prinċipali li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jisfruttaw netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni, jew li jipprovdu lill-pubbliku servizz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni elettronika: Iżda għall-finijiet ta’ dan ir-regolament "netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni" u "servizz ta’ komunikazzjoni elettronika" għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
