# L.S. 601.09, regolament 59. Regolamenti dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jilħqu r-rekwiżiti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/59 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/59
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jikkjarifikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fir-rigward tal-istatus ekonomiku u finanzjarju jew tal-kapaċità teknika u professjonali msemmija fir-regolamenti 77 u 78 dment li dan ikun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u jkun proporzjonat.
(2) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fis-subregolament (1). Kwalunkwe kundizzjoni għall-prestazzjoni ta’ konċessjoni minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u proporzjonati.
