# L.S. 601.09, regolament 58. Operaturi Ekonomiċi stabbiliti fi Stat Membru ieħor

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/58 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/58
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, m’għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.
(2) Il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fl-applikazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mill-prestazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.
(3) Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni. Huma ma jistgħux jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti biex ikollhom forma legali speċifika sabiex jippreżentaw offerta jew talba biex jipparteċipaw.
(4) Minkejja id-dispożizzjonijiet tas-subregolamenti (1), (2) u (3), l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu lill-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi li jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn dik il-bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.
