# L.S. 601.09, regolament 54. Żmien meta stima tkun valida

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/54 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/54
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) L-istima għandha tkun valida f’dak il-mument li l-avviż tal-konċessjoni ikun intbagħat jew, fil-każ fejn dak l-avviż ma jkunx previst, f’dak il-mument li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tibda’ l-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni, pereżempju billi tagħmel kuntatt mal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konċessjonijiet.
(2) Id-determinazzjoni jekk konċessjoni taqbiżx l-limitu stabbilit fl-Iskeda 3 hija li jekk il-valur tal-konċessjoni ikun għoxrin fil-mija ogħla mill-valur stmat, l-istima valida imbagħad għandha tkun il-valur tal-konċessjoni fil-ħin tal-għoti.
