# L.S. 601.09, regolament 52. Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi u Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/52 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/52
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi u t-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali kif stabbilit taħt ir-Regolamenti tal-2016 dwar Kuntratti Pubbliċi, għandhom jitqiesu awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw ma’ kwistjonijet u tilwim li jaqgħu taħt dawn ir-regolamenti.
(2) Ir-regolamenti 80 sa 99 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, għandhom mutatis mutandis japplikaw għal dawn ir-regolamenti.
