# L.S. 601.09, regolament 48. Kumitat ta’ Evalwazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/48 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/48
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Għandu jkun hemm Kumitat ta’ Evalwazzjoni magħmul minn mill-inqas ħames membri li tnejn minnhom ikunu ċ-chairman u s-segretarja. Fi kwalunkwe każ l-għadd ta' membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għandu jkun numru bil-fard.
(2) Il-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għandhom jiġu approvati mid-Direttur wara rakkomandazzjoni mill-kap tal-awtorità kontraenti u tal-entità kontraenti konċernata.
(3) Ir-regolamenti 38 sa 41 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni.
