# L.S. 601.09, regolament 46. Rwol

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/46 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/46
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Il-Kumitati Speċjali tal-Kuntratti għandhom:
   (a) jagħtu pariri fuq kull ħaġa li tirrigwarda l-konċessjonijiet ta’ servizzi u xogħlijiet, jew b’inizjattiva tagħhom jew fuq materji speċifiċi li jirrigwardaw il-funzjonijiet tagħhom li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu riferiti lilhom għall-parir tagħhom;
   (b) jiftħu offerti f'sessjoni pubblika;
   (ċ) jivvalutaw rapporti u rakkomandazzjonijiet li jiġu preżentati minn kumitati ta’ evalwazzjoni u jagħmlu rakkomandazzjonijiet definittivi lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi li jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur għall-flus bl-iktar nefqa baxxa possibbli. F’dan ir-rigward, għandhom debitament jitqiesu -
      (i) in-nefqa finali inklużi l-ispejjeż tal-finanzjament għall-awtorità kontraenti jew għall-entità kontraenti, u
      (ii) l-impatt ta’ kull offerta fuq in-nefqa rikorrenti ta’ awtorità kontraenti u ta’ entità kontraenti;
   (d) jirrapportaw kull irregolarità li jistgħu jsiru jafu biha jew li tista’ tinkixef fil-proċess tal-offerti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwarhom lill-Ministru li jkun responsabbli mill-awtorità kontraenti u mill-entità kontraenti inkwistjoni.
