# L.S. 601.09, regolament 41. Dikjarazzjoni li membru jkollu kunflitt ta’ interess

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/41 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/41
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Membru tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti li jkollu xi interess dirett jew indirett f’kwalunkwe kuntratt ittrattat minn dak il-kumitat għandu jiżvela n-natura tal-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti; dan l-iżvelar għandu jitniżżel fil-minuti tal-laqgħa tal-kumitat u l-membru li jkollu l-interess imsemmi qabel għandu jirtira minn kwalunkwe laqgħa fejn ikun qed jiġi diskuss dak il-kuntratt.
