# L.S. 601.09, regolament 39. Skwalifika

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/39 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/39
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Persuna tiġi skwalifikata milli tinħatar u milli tibqa’ membru tal-Kumitat jekk hi:
   (a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati, jew tal-Parlament Ewropew jew ta’ Kunsill Lokali;
   (b) għandha dak l-interess finanzjarju jew interess ieħor li x'aktarx jippreġudika l-qadi ta' dmirijietha bħala membru tal-Kumitati tal-Kuntratti;
   (ċ) hija legalment inabilitata jew interdetta;
   (d) ġiet iddikjarata falluta jew tkun għamlet kompożizzjoni jew arranġament mal-kredituri tagħha; jew
   (e) tkun instabet ħatja ta’ reat li jolqot il-fiduċja pubblika jew ta’ serq jew frodi, jew li tkun xjentement irċeviet proprjetà miksuba b’serq jew frodi.
