# L.S. 601.09, regolament 38. Tneħħija

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/38 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/38
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Kull membru tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti jista’, matul iż-żmien li jkun qed jokkupa l-kariga, jitneħħa mid-Direttur jekk huwa jkun sodisfatt li kien hemm każ ċar ta’ mġieba ħażina minn dak il-membru jew li dak il-membru ma jkunx kapaċi jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew meta jkunu jeżistu dawk iċ-ċirkostanzi li kieku kienu jiskwalifikaw lil dak il-membru milli jibqa’ membru: Iżda, jekk ic-chairman tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti ikun id-Direttur, id-Direttur jista’ jitneħħa mill-Ministru.
