# L.S. 601.09, regolament 37. Għamla tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/37 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/37
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Il-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti jista’ jkun magħmul minn chairman, flimkien ma’ mhux inqas minn erbgħa membri u mhux aktar minn għaxar membri li li jidhru li jkollhom il-kwalifiki jew l-esperjenza rilevanti.
(2) Il-membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali jistgħu jinħatru biex iservu bħala membri tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti.
(3) Il-membri tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti għandhom jinħatru għat-tul tal-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ sejħa għal offerti partikulari, sakemm tingħata l-offerta jew inkella sakemm l-għoti tal-kuntratt pubbliku jkun irtirat.
