# L.S. 601.09, regolament 32. Regolamenti dwar kuntratti li jinkludu partijiet differenti li mhumiex oġġettivament separabbli

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/32 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/32
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Meta l-partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari m’humiex oġġettivament separabbli, is-sistema legali applikabbli għandha tkun iddeterminata abbażi tas-suġġett prinċipali ta’ dak il-kuntratt.
(2) Fil-każ li l-kuntratti identifikati fis-subregolament (1) jinvolvu kemm elementi ta’ konċessjoni ta’ servizzi kif ukoll ta’ kuntratt ta’ provvista, is-suġġett prinċipali għandu jiġi ddeterminat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew tal-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.
