# L.S. 601.09, regolament 25. Determinazzjoni tal-perċentwal ta' attivitajiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/25 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/25
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal tal-attivitajiet imsemmija fir-regolamenti 22(1)(b), 23(1)(b) u 24(ċ), għandu jiġi kkunsidrat il-fatturat totali medju jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħall-ispejjeż imġarrba mill-persuna ġuridika rilevanti, mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fir-regolament 2(2)(a) fir-rigward tas-servizzi, il-provvisti u x-xogħlijiet għat-tliet snin qabel l-għoti ta’ konċessjoni.
(2) Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew ta’ meta bdew l-attivitajiet tagħha jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li l-kejl tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.
