# L.S. 601.09, regolament 24. Kuntratti konklużi b’mod esklużiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar jew entitajiet kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/24 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/24
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil-fir-regolament 2(2)(a) ma jaqax fl-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
   (a) il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;
   (b) l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u
   (ċ) l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti jwettqu inqas minn għoxrin fil-mija tal-attivitajiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni;
