# L.S. 601.09, regolament 21. Konċessjonijiet mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tagħmel parti minn impriża konġunta

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/21 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/21
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Minkejja d-dispożizzzjonijet tar-regolament 22, jekk l-impriża konġunta tkun twaqqfet sabiex twettaq l-attività konċernata fuq perijodu ta’ mill-anqas tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti, li jifformawha, ser jibqgħu parti minnha għal mill-inqas l-istess perijodu dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet mogħtija minn kwalunkwe minn dawn:
   (a) impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bil-għan li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Iskeda 4, għal waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti, jew
   (b) entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.
