# L.S. 601.09, regolament 19. Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ konċessjonijiet mogħtija lil impriżi assoċjati u impriżi konġunti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/19 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/19
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Minkejja d-dispożizzzjonijet tar-regolament 22 u dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fir-regolament 20, dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet mogħtija:
   (a) minn entità kontraenti lil impriża affiljata; jew
   (b) minn impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-fini li twettaq attivitajiet imsemmija fl-Iskeda 4, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.
