# L.S. 601.09, regolament 18. Impriżi assoċjati li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/18 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/18
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, "impriża affiljata" għandha tfisser kwalunkwe impriża li:
   (a) tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;
   (b) tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew
   (ċ) bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), "influwenza dominanti" għandu jkollha l-istess tifsira fir-regolament 2(3).
