# L.S. 601.09, regolament 14. Frodi u korruzzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/14 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/14
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Id-Direttur għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiġġieled l-frodi, il-favoritiżmu u l-korruzzjoni u biex b’mod effettiv jipprevjeni, jidentifika u jirrimedja konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u tkun żgurata t-trasparenza fil-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali għall-kandidati u l-offerenti kollha: Iżda fir-rigward tal-konflitti ta’ interess il-miżuri adottati m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jipprevjenu konflitt ta’ interess potenzjali jew jeliminaw konflitt ta’ interess identifikat.
