# L.S. 601.09, regolament 121. Smigħ

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/121 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/121
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Il-Qorti tal-Appell għandha tiffissa s-smigħ tal-kawża f’data mill-aktar kmieni, iżda fl-ebda każ aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha l-appell ikun tressaq quddiemha u għandha tara li l-partijiet fil-kawża jiġu notifikati b’din id-data, u huma, min-naħa tagħhom, għandhom jassumu r-responsabbiltà li jżuru r-reġistru tal-qorti u jkollhom għarfien tal-informazzjoni l-aktar reċenti rigward l-appuntament tas-smigħ tal-kawża.
(2) Wara li tappunta r-rikors għas-smigħ, u wara li tkun semgħet is-sottomissjonijiet verbali magħmula mill-partijiet kollha, il-Qorti għandha tiddeċiedi r-rikors fuq il-mertu, fl-inqas żmien possibbli iżda mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data minn meta jkun ġie ppreżentat l-appell il-partijiet kienu debitament notifikati. Waqt li d-deċiżjoni tal-Qorti tkun għadha pendenti, il-proċess tas-sejħa għal offerti jiġi sospiż.
