# L.S. 601.09, regolament 120. Partijiet fl-appell

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/120 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/120
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Ir-rikors tal-appell għandu jkun indirizzat kontra l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, l-offerent rakkomandat, jekk ikun hemm, u kwalunkwe parti oħra involuta fil-proċeduri quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li jista’ jippreżenta risposta bil-miktub fi żmien għoxrin ġurnata mid-data tal-preżentata: Iżda jekk l-appellant jonqos milli jipprova jinnotifika r-rikors tal-appell fuq il-partijiet kollha hawn fuq imsemmija fi żmien ġimgħatejn tal-preżentata tal-appell, il-Qorti, was li tisma matul l-ewwel seduta tal-appell ir-raġunjiet għaliex in-notifika ma saritx, jista’ jiddikjara permezz ta’ digriet mogħti fil-miftuħ li l-appell u deżert bi spejjeż li jitħallsu mill-appellant.
