# L.S. 601.09, regolament 12. Functions u powers of id-Direttur

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/12 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/12
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti d-Direttur ikollu l-funzjoni li:
   (a) jevalwa u japprova kull talba magħmula skont ir-regolament 16(1)(b) u (2);
   (b) japprova l-ħatra tal-membri tal-kumitat ta’ evalwazzjoni wara rakkomondazzjoni mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraent;
   (ċ) jaħtar membri tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti wara konsultazzjoni mal-awtorità kontraenti jew mal-entità kontraenti;
   (d) iwettaq monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni korretta u effiċjenti ta’ dawn ir-regolamenti;
   (e) jagħti informazzjoni jew direzzjoni dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti bla ħlas u sabiex jassisti awtoritajiet jew entitajiet kontraenti u operaturi ekonomiċi sabiex japplikaw b’mod korret dawn ir-regolamenti;
   (f) jimplimenta t-Taqsima VI tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku ukoll fir-rigward ta’ dawn ir-regolamenti;
   (g) jidentifika u jimplimenta mezzi xierqa biex ikun jista’ jissorvelja l-eżekuzzjoni xierqa tal-kuntratti mogħtija taħt dawn ir-regolamenti; u
   (h) jagħmel u jibgħat rapport lill-Ministru, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, dwar il-prestazzjoni tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti, matul is-sena finanzjarja eżaminata.
(2) Id-Direttur jista’ jimponi xi kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa meta jagħti l-approvazzjoni għat-talba kif provdut is-subregolament (1)(a).
(3) Meta d-Direttur jew xi persuna ddelegata minnu tidentifika, permezz tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ taħt is-subregolament (1)(d), ksur speċifiku, bħal frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra, jew problemi sistematiċi, huwa għandu jirrapporta dwar dan lill-awtorità xierqa.
(4) Id-Direttur għandu jippubblika rapport annwali li jiddettalja r-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ stabbiliti fis-subregolament (1)(d).
