# L.S. 601.09, regolament 119. Appell lill-Qorti tal-Appell

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/119 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/119
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Kwalunkwe parti li tħoss ruħha aggravata b'deċiżjoni meħuda mill-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi tista’ tappella lill-Qorti tal-Appell, kif kostitwita skont l-artikolu 41(1) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, permezz ta’ rikors preżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti fi żmien għoxrin ġurnata kalendarji mid-deċiżjoni li fiha dik id-deċiżjoni tkun saret pubblika.
