# L.S. 601.09, regolament 118. Ammissibbiltà ta’ rikorsi

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/118 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/118
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Rikorsi għall-ineffettività ta’ kuntratt għandhom jitqiesu ammissibbli jekk ikunu magħmula:
   (a) qabel l-iskadenza mill-inqas tletin jum kalendarji b'effett mill-jum wara d-data li fiha:
      (i) l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti pubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; jew
      (ii) l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti infurmat lill-offerenti u lill-kandidati konċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt; u
   (b) u f’kull każ ieħor qabel l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur b’effett mill-jum wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.
