# L.S. 601.09, regolament 117. Penali

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/117 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/117
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Il-pieni imposti mill-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi għandhom jikkonsistu:
   (a) fl-impożizzjoni ta' multi lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti, skont il-każ, fl-ammont ta’ ħmistax fil-mija tal-valur tal-offerta iżda mhux aktar minn ħamsin elf euro (€50,000); jew
   (b) it-tqassir tal-perjodu tal-kuntratt: Iżda l-għoti ta’ danni preskritti fir-regolament 114 ma għandux jiġi meqjus bħala penali alternattiva xierqa għall-finijiet ta’ dan ir-regolament.
