# L.S. 601.09, regolament 116. Deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/116 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/116
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

(1) Jekk il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi jiddikjara kuntratt ineffettiv, huwa għandu jimponi pieni fuq l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti wara li jevalwa, fid-deċiżjoni tiegħu l-fatturi rilevanti kollha, inkluża l-gravità tal-ksur u l-imġiba tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti.
(2) Il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi ma jistax jikkunsidra kuntratt ineffettiv, minkejja li jkun ingħata illegalment għar-raġunijiet imsemmija fir-regolament 113, jekk il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi isib, wara li jkun eżamina l-aspetti rilevanti kollha, li ħtiġijiet aktar importanti relatati mal-interess ġenerali jeħtieġu li l-effetti tal-kuntratt għandhom jinżammu.
