# L.S. 601.09, regolament 110. Notifika lid-Direttur u lill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/110 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/110
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Is-Segretarju tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi għandu minnufih javża lid-Direttur u l-awtorità kontraenti li tkun ġiet preżentata oġġezzjoni għand l-awtorità tiegħu jew l-entità kontraenti biex b’hekk tiġi minnufih sospiża l-proċedura tal-għoti.
