# L.S. 601.09, regolament 109. Depożitu

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/109 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/109
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

L-oġġezzjoni għandu jkun biss validu jekk flimkien miegħu jkun hemm depożitu ekwivalenti għal 0.50 fil-mija tal-valur stmat stabbilit mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti tal-offerta sħiħa jew jekk l-offerta hi maqsuma f’lottijiet skont il-valur stmat tal-offerta stabbilit mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti għal kull lott magħmula mill-offerent, iżda f’ebda każ m’għandu d-depożitu jkun anqas minn erba’ mitt euro (€400) jew aktar minn ħamsin elf euro (€50,000) li jistgħu jingħataw lura kif jista’ jiddeċiedi fid-deċiżjoni tiegħu l-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi.
