# L.S. 601.09, regolament 106. Appelli minn deċiżjonijiet meħuda wara d-data tal-għeluq għal-preżentazzjoni ta' offerta

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/106 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/106
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Kull offerent jew kull persuna, li jkollhom jew li darba kellhom interess jew li ssirilhom ħsara jew li jirriskjaw li ssirilhom ħsara bi ksur allegat jew b’xi deċiżjoni meħuda inkluż l-għoti propost fil-ksib ta’ kuntratt, ir-rifjut ta' offerta jew it-tħassir ta’ sejħa għal offerta, wara li jiskadi l-perjodu tal-pubblikazzjoni, jistgħu jippreżentaw appell permezz ta’ oġġezzjoni quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li għandu jkun fih, b'mod ċar ħafna, r-raġunijiet għall-ilmenti tagħhom.
