# L.S. 601.09, regolament 104. Implimentazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/104 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/104
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

L-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tirrispetti d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi fl-iqsar żmien possibbli u meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tonqos milli timplimenta d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi, il-bord jista’ jirrapporta l-każ lil ministru responsabbli għal dik l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.
