# L.S. 601.09, regolament 10. Servizzi ta’ riċerka u żvilupp

- URL: https://procurelex.mt/mt/koncessjonijiet/10 · English: https://procurelex.mt/en/concessions/10
- Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Konċessjoni (L.S. 601.09), consolidated version in force from 2024-05-17; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.9/mlt

Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw biss għal konċessjonijiet ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi CPV 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
   (a) il-benefiċċji jmorru esklużivament għand l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq tan-negozju tagħha; u
   (b) is-servizz provdut ikun kompletament remunerat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.
