# kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/glossarju/kuntratti-pubblici-ta-xoghlijiet · English («public works contracts»): https://procurelex.mt/en/glossary/public-works-contracts
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), regolament 2: https://procurelex.mt/mt/ppr/2

"kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:
   (a) l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet skont it-tifsira tal-Iskeda 15;
   (b) l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol;
   (ċ) it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;
