# korpi regolati bid-dritt pubbliku

- URL: https://procurelex.mt/mt/glossarju/korpi-regolati-bid-dritt-pubbliku · English («bodies governed by public law»): https://procurelex.mt/en/glossary/bodies-governed-by-public-law
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), regolament 2: https://procurelex.mt/mt/ppr/2

"korpi regolati bid-dritt pubbliku" tfisser korpi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
   (a) huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jilħqu l-esiġenzi li jinqalgħu fl-interess ġenerali, mingħajr ma jkollhom ebda xeħta industrijali jew kummerċjali;
   (b) ikollhom personalità ġuridika; u
   (ċ) huma finanzjati, mill-biċċa l-kbira, mill-Istat, jew awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpi oħra regolati bid-dritt pubbliku; jew huma soġġetti għas-superviżjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew ikollhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jkunu maħtura mill-Istat, awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra regolati bid-dritt pubbliku;
