# ftehim qafas

- URL: https://procurelex.mt/mt/glossarju/ftehim-qafas · English («framework agreement»): https://procurelex.mt/en/glossary/framework-agreement
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), regolament 2: https://procurelex.mt/mt/ppr/2

"ftehim qafas" tfisser ftehim bejn xi waħda jew aktar mill-awtoritajiet kontraenti u xi wieħed jew aktar mill-operaturi ekonomiċi, li jkollu l-għan li jistabbilixxi l-pattijiet li jirregolaw kuntratti li għandhom jingħataw matul xi żmien partikolari, b’mod partikolari dwar il-prezzijiet u, meta jkun adatt, il-kwantità prevista;
