# L.S. 601.07, Skeda V. KARATTERISTIĊI DWAR IL-PUBBLIKAZZJONI

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/skeda-5 · English: https://procurelex.mt/en/defence/schedule-5
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

1. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
   (a) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 31 u 53 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jew minn dawk li jingħataw il-kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-format imsemmi fir-regolament 33. L-avviżi ta’ informazzjoni minn qabel imsemmija fir-regolament 31(1)(a), ippubblikati fuq profil ta’ xerrej kif imsemmi fil-punt 2, kif ukoll l-avviż li jħabbar din il-pubblikazzjoni, għandhom jirrispettaw ukoll dan il-format.
      L-avviżi msemmija fir-regolamenti 31 u 53 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviżi ta’ informazzjoni minn qabel ippubblikati fuq profil ta’ xerrej bi qbil mar-regolament 31(1)(a).
      L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu, barra minn hekk, jippubblikaw din l-informazzjoni permezz tal-Internet fuq "profil ta’ xerrej" kif imsemmi fil-punt 2;
   (b) l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità jew entità kontraenti l-konferma tal-pubblikazzjoni msemmija fir-regolament 33(12).
2. Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali
Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi ta’ informazzjoni minn qabel, imsemmija fir-regolament 31(1)(a), ta’ informazzjoni dwar is-sejħiet għall-offerti fis-seħħ, ix-xiri pprogrammat, il-kuntratti mogħtija, il-proċeduri annullati, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, numru ta’ telefon u tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika.
3. Format u proċeduri ta’ trasmissjoni tal-avviżi b’mezzi elettroniċi
Il-format u l-proċeduri ta’ trasmissjoni tal-avviżi b’mezzi elettroniċi huma aċċessibbli fl-indirizz Internet: http://simap.europa.eu.
