# L.S. 601.07, Skeda IV. Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi dwar is-subkuntratti msemmija fir-regolament 53

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/skeda-4 · English: https://procurelex.mt/en/defence/schedule-4
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

1. Isem, indirizz, numru tal-fax u indirizz tal-posta elettronika ta’ min jingħata l-kuntratt u, jekk ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni ulterjuri.
2. (a) post ta’ eżekuzzjoni jew twettiq tax-xogħlijiet, post tal-kunsinna tal-prodotti jew tal-provvista tas-servizzi;
   (b in-natura, il-kwantità u l-estensjoni tax-xogħlijiet u l-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol; Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;
   (ċ) in-natura tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn jkun indikat jekk l-offerti humiex mitluba bil-ħsieb ta’ xiri, leasing, kiri jew hire purchase jew ta’ kombinazzjoni ta’ dawn, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV;
   (d) kategorija u deskrizzjoni tas-servizz; Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
3. Kwalunkwe limitu ta’ żmien għat-tmiem impost.
4. Isem u indirizz tal-korp mingħand min jistgħu jintalbu l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali.
5. (a) limitu ta’ żmien biex jaslu l-applikazzjoni għal parteċipazzjoni u, jew biex jaslu l-offerti;
   (b) l-indirizz fejn dawn iridu jintbagħtu;
   (ċ) lingwa/i li jridu jinkitbu bihom.
6. Kwalunkwe depożiti jew garanziji rikjesti.
7. Kriterji oġġettivi li se jiġu applikati għas-selezzjoni tas-subkuntratturi relatati mas-sitwazzjoni personali tagħhom jew l-evalwazzjoni tal-offerta tagħhom.
8. Kull informazzjoni oħra.
9. Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.
