# L.S. 601.07, Skeda III. Informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi msemmija fir-regolament 33

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/skeda-3 · English: https://procurelex.mt/en/defence/schedule-3
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

AVVIŻ LI JĦABBAR IL-PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL FUQ PROFIL TA’ XERREJ
1. Pajjiż tal-awtorità jew entità kontraenti
2. Isem tal-awtorità kontraenti
3. Indirizz tal-Internet tal-"profil ta’ xerrej" (URL)
4. Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI MINN QABEL
1. Isem, indirizz, numru tal-fax, indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kontraenti u, jekk dawn ikunu differenti, dawk tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni komplementari, skont il-każ u, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet, tas-servizzi, pereżempju, is-sit Internet governattiv rilevanti, minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni rigward il-qafas regolatorju ġenerali li, fil-qasam ta’ fiskalità, ta’ protezzjoni tal-ambjent, ta’ protezzjoni tal-impjiegi u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, huwa applikabbli fil-post fejn għandu jitwettaq il-kuntratt.
2. Fejn ikun xieraq, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt hux ristrett għal workshops protetti, jew jekk it-twettiq tiegħu hux ristrett għall-qafas ta’ programm tax-xogħol protetti.
3. Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: natura u estensjoni tax-xogħlijiet, post ta’ eżekuzzjoni; fil-każ fejn ix-xogħol għandu jinqasam f’diversi lottijiet, il-karatteristiċi essenzjali ta’ dawn il-lottijiet b’referenza għax-xogħol; jekk din tkun disponibbli, stima tal-firxa tal-ispiża tax-xogħlijiet previsti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Għall-kuntratti ta’ provvista: natura u kwantità jew valur tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Għall-kuntratti ta’ servizzi: ammont totali previst tax-xiri għal kull kategorija ta’ servizzi li jidhru fl-Iskeda I, numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
4. Dati proviżorjament previsti għat-tnedija tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt jew ta’ kuntratti, fil-każ tal-kuntratti ta’ servizzi għal kull kategorija.
5. Skont il-każ, għandu jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim qafas.
6. Skont il-każ, informazzjoni oħra.
7. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż li jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil tax-xerrej.
AVVIŻ TA’ KUNTRATT
Proċeduri ristretti, proċeduri negozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż u djalogi kompetittivi:
1. Isem, indirizz, numru tat-telefon u fax, indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kontraenti.
2. Fejn ikun xieraq. indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt hux ristrett għal workshops protetti, jew jekk it-twettiq tiegħu hux ristrett għall-qafas ta’ programm tax-xogħol protetti.
3. (a) Proċedura tal-għoti magħżula;
   (b) Skont il-każ, ġustifikazzjoni għar-rikors għall-proċedura aċċellerata (f’każ ta’ proċeduri ristretti u nnegozjati);
## (ċ) Skont il-każ, għandu jiġi indikat jekk dan huwiex ftehim qafas;
   (d) Skont il-każ, l-organizzazzjoni ta’ rkant elettroniku.
4. Forma tal-kuntratt.
5. Post ta’ eżekuzzjoni jew twettiq tax-xogħlijiet, post tal-kunsinna tal-prodotti jew lok tal-provvista tas-servizzi.
6. (a) Kuntratti ta’ xogħlijiet:
      - in-natura u l-estensjoni tax-xogħlijiet, karatteristiċi ġenerali tax-xogħol. Għandhom jiġu indikati partikolarment l-għażliet rigward xogħlijiet komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju biex isir rikors għal dawn l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali. Jekk ix-xogħol jew il-kuntratt huwa maqsum f’diversi lottijiet, l-ordni tal-kobor tad-diversi lottijiet; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV,
      - indikazzjonijiet rigward l-għan tax-xogħol jew tal-kuntratt meta dan jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti,
      - fil-każ ta’ ftehim qafas, għandhom jiġu indikati wkoll it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim qafas, il-valur totali tax-xogħlijiet stmat għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim qafas kif ukoll, safejn ikun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw.
   (b) Kuntratti ta’ provvisti:
      - in-natura tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn jkun indikat, partikolarment, jekk l-offerti humiex mitluba bil-ħsieb ta’ xiri, leasing, kiri jew hire purchase jew aktar minn waħda minn dawn flimkien, numru ta’ referenza għan-nomenklatura. Kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu pprovduti, fejn ikun indikat partikolarment l-għażliet rigward xiri komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju biex isir rikors għal dawn l-għażliet; kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV; numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV,
      - fil-każ ta’ kuntratti regolari jew ta’ kuntratti li jistgħu jiġġeddu matul perijodu determinat, għandu jiġi indikat ukoll, jekk ikun magħruf, il-kalendarju tal-kuntratti oħra għax-xiri ta’ provvisti previsti,
      - fil-każ ta’ ftehim qafas, għandu jiġi indikat ukoll it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim qafas, il-valur totali tal-provvisti stmat għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim qafas kif ukoll, safejn ikun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw.
   (ċ) Kuntratti ta’ servizzi:
      - kategorija u deskrizzjoni tas-servizz. Numru(i) ta’ referenza għan-nomenklatura CPV. Kwantità ta’ servizzi li għandhom jingħataw. Għandhom jiġu indikati partikolarment l-għażliet rigward xiri komplementari u, jekk ikun magħruf, il-kalendarju proviżorju biex isir rikors għal dawn l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ tiġdid eventwali. Fil-każ ta’ kuntratti li jistgħu jiġġeddu matul perijodu determinat, stima tal-kalendarju, jekk dan hu magħruf, tal-kuntratti oħra għax-xiri ta’ servizzi previsti. Fil-każ ta’ ftehim qafas, għandhom jiġu indikati wkoll it-tul ta’ żmien previst tal-ftehim qafas, il-valur totali tal-provvisti stmat għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim qafas kif ukoll, safejn ikun possibbli, il-valur u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw,
      - għandu jiġi indikat jekk, skont il-liġijiet, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni determinata. Referenza għal-liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva,
      - għandu jiġi indikat jekk il-persuni fiżiċi humiex marbuta li jsemmu l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal responsabbli mill-eżekuzzjoni tas-servizz.
7. Meta l-kuntratti ikunu maqsuma f’lottijiet, indikazzjoni tal-possibbiltà, għall-operaturi ekonomiċi, li jippreżentaw offerta għal lott wieħed, diversi lottijiet u, jew il-lottijiet kollha.
8. Ammissjoni jew projbizzjoni tal-varjanti.
9. Skont il-każ, indikazzjoni tal-perċentwali tal-valur globali tal-kuntratt li hu rikjest li jingħata b’subkuntratt lil persuni terzi permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti (ir-regolament 22(4)).
10. Skont il-każ, kriterji ta’ selezzjoni rigward is-sitwazzjoni personali tas-subkuntratturi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni tagħhom u informazzjoni meħtieġa li turi li dawn ma jagħmlux parti mill-każijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Informazzjoni u kull formalità meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet ekonomiċi u tekniċi minimi rikjesti mis-subkuntratturi. Livell(i) speċifiku/ċi minimu/i ta’ kapaċitajiet eventwalment meħtieġa.
11. Il-limitu ta’ żmien li fih jintemmu x-xogħlijiet, jingħataw il-provvisti jew is-servizzi jew it-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ xogħlijiet jew provvisti jew servizzi. Safejn ikun possibbli, il-limitu ta’ żmien li fih ser jibdew ix-xogħlijiet jew il-limitu ta’ żmien li fih ser jibdew jew ser jiġu konsenjati l-provvisti jew provduti s-servizzi.
12. Jekk ikun il-każ, il-kondizzjonijiet partikolari li għalihom hija sottomessa l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
13. (a) Il-limitu ta’ żmien meta jistgħu jaslu t-talbiet għall-parteċipazzjoni;
   (b) l-indirizz fejn dawn għandhom jintbagħtu;
   (ċ) il-lingwa jew il-lingwi li bihom dawn għandhom jitfasslu.
14. Fejn applikabbli, kwalunkwe depożitu u garanzija mitluba.
15. Termini prinċipali rigward il-finanzjament u l-ħlas u, jew ir-referenzi għat-testi regolatorji.
16. Fejn applikabbli, il-forma ġuridika li għandha tittieħed mill-konsorzju ta’ operaturi ekonomiċi li lilu jingħata l-kuntratt.
17. Kriterji ta’ selezzjoni rigward is-sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar u informazzjoni meħtieġa li turi li dawn ma jagħmlux parti mill-każijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Kriterji ta’ selezzjoni, informazzjoni u formalitajiet neċessarji għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet minimi ta’ natura ekonomika u teknika mitluba mill-operatur ekonomiku. Livell(i) speċifiku/ċi minimu/i ta’ kapaċitajiet eventwalment meħtieġa.
18. Għall-ftehim qafas: in-numru, skont il-każ, in-numru massimu previst ta’ operaturi ekonomiċi li ser jagħmlu parti minnhom, it-tul ta’ żmien tal-ftehim qafas previst.
19. Għad-djalogu kompetittiv u l-proċeduri negozjati b’pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, għandu jiġi indikat, skont il-każ, ir-rikors għall-proċedura li titwettaq f’fażijiet suċċessivi sabiex jitnaqqas progressivament in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi jew ta’ offerti li għandhom jiġu negozjati.
20. Fil-każ ta’ proċedura ristretta, proċedura negozjata jew djalogu kompetittiv, meta jsir rikors għall-possibbiltà li jitnaqqas in-numru ta’ kandidati li jkunu mistiedna biex jippreżentaw offerta, jiddjalogaw jew jinnegozjaw: in-numru minimu u, skont il-każ, massimu ta’ kandidati previst u l-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu applikati biex jintgħażel dan in-numru ta’ kandidati.
21. Kriterji msemmija fir-regolament 48 li ser jintużaw għall-għoti tal-kuntratt: "prezz l-aktar baxx" jew "offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża". Il-kriterji li jikkostitwixxu l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża kif ukoll l-ippeżar jew il-kriterji f’ordni jonqos ta’ importanza tagħhom għandhom jissemmew meta dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew, f’każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv.
22. Skont il-każ, dati ta’ pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni minn qabel bi qbil mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ pubblikazzjoni indikati fl-Anness VI jew stqarrija li ma saret l-ebda pubblikazzjoni ta’ dan it-tip.
23. Data meta jintbagħat l-avviż.
AVVIŻ DWAR L-GĦOTI TA’ KUNTRATT
1. Isem u indirizz tal-awtorità jew entità kontraenti.
2. Proċedura ta’ għoti magħżula. F’każ ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt (ir-regolament 29), ġustifikazzjoni.
3. Kuntratti ta’ xogħlijiet: natura u estensjoni tas-servizzi.
Kuntratti ta’ provvisti: natura u kwantità tal-prodotti provduti, jekk ikun il-każ, skont il-fornitur; numru ta’ referenza għan-nomenklatura CPV.
Kuntratti ta’ servizzi: kategorija u deskrizzjoni tas-servizz; numru ta’ referenza għan-nomenklatura CPV; kwantità ta’ servizzi mixtrija.
4. Data tal-għoti tal-kuntratt.
5. Kriterji għall-għoti tal-kuntratt.
6. Numru ta’ offerti riċevuti.
7. Isem u indirizz ta’ min ingħata l-kuntratt.
8. Prezz jew firxa ta’ prezzijiet (minimi/massimi) mħallsa.
9. Valur tal-offerta (tal-offerti) miżmuma jew l-offerta l-aktar għolja u l-offerta l-inqas għolja kkunsidrati għall-għoti tal-kuntratt.
10. Skond il-każ, parti mill-kuntratt li se tingħata bħala subkuntratt lil terzi u l-valur tagħha.
11. Jekk ikun il-każ, ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ftehim qafas itwal minn seba’ snin.
12. Data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Iskeda V.
13. Data ta’ meta ntbagħat dan l-avviż.
