# L.S. 601.07, regolament 7. Obbligi ta’ kunfidenzjalità tal-awtoritajiet jew entitatijiet kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/7 · English: https://procurelex.mt/en/defence/7
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, notevolment dawk relatati mal-obbligi tar-reklamar tal-kuntratti mogħtija u tal-għoti ta’ informazzjoni lill-kandidati u offerenti dwar id-deċiżjonijiet tagħha kif previst fir-regolamenti 33(3) u 36, u konformement mal-liġi nazzjonali li għaliha tkun suġġetta l-awtorità jew entità kontraenti, partikolarment leġislazzjoni dwar aċċess għal informazzjoni, l-awtorità jew entità kontraenti, suġġetta għad-drittijiet kuntrattwali miksuba, m’għandhiex tagħti t-tagħrif li l-operaturi ekonomiċi jkunu kkomunikawlha b’mod kunfidenzjali; informazzjoni bħal din tinkludi, partikolarment, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.
