# L.S. 601.07, regolament 58. Kontenut tar-rapport statistiku

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/58 · English: https://procurelex.mt/en/defence/58
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) Ir-rapport statistiku għandu jispeċifika l-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija. Għandu jikkonċerna, b’mod separat, il-kuntratti ta’ provvisti, ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet.
(2) Id-data msemmija fis-subregolament (1) għandha tinqasam mill-proċeduri użati u speċifikati, għal kull waħda minn dawn il-proċeduri, provvisti, servizzi u xogħlijiet identifikati mill-grupp tan-nomenklatura tas-CPV.
(3) Meta l-kuntratti jkunu ġew konklużi permezz tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, id-data msemmija fis-subregolament (1) għandha wkoll titqassam skont iċ-ċirkostanzi msemmija fir-regolament 29.
(4) Il-kontenut tar-rapport statistiku għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2009/81/KE dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE.
