# L.S. 601.07, regolament 54. Il-kriterji għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/54 · English: https://procurelex.mt/en/defence/54
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) Fl-avviż għas-subkuntratt, l-offerent li jingħata l-kuntratt għandu jindika l-kriterji għal għażla kwalitattiva preskritti mill-awtorità jew entità kontraenti kif ukoll kull kriterju ieħor li ser japplika għall-għażla kwalitattiva tas-subkuntratturi. Dawn il-kriterji kollha għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u konsistenti mal-kriterji applikati mill-awtorità jew entità kontraenti għall-għażla tal-offerenti għall-kuntratt prinċipali. Il-kapaċitajiet meħtieġa jridu jkunu direttament relatati mas-suġġett tas-subkuntratt, u l-livelli ta’ abbiltà meħtieġa għandhom ikunu proporzjonati miegħu.
(2) L-offerent m’għandux ikun meħtieġ jissubkuntratta jekk jikkonvinċi lill-awtorità jew entità kontraenti li ħadd mis-subkuntratturi li pparteċipaw fil-kompetizzjoni jew il-proposti tagħhom ma jista’ jilħaq il-kriterji indikati fl-avviż ta’ subkuntrattar u b’hekk l-offerent li ngħata l-kuntratt ma jkunx jista’ jirrispetta r-rekwiżiti stipulati fil-kuntratt prinċipali.
