# L.S. 601.07, regolament 51. Kamp ta’ applikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/51 · English: https://procurelex.mt/en/defence/51
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) Fejn, skont ir-regolament 22(3) u (4), tkun applikabbli din it-Taqsima, id-Direttur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-offerenti li ngħataw kuntratt li mhumiex awtoritajiet jew entitajiet kontraenti japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-regolamenti 52 sa 54 meta jagħtu s-subkuntratti lil partijiet terzi.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1), gruppi ta’ intrapriżi li jkunu ġew iffurmati biex jiksbu l-kuntratt jew intrapriżi relatati magħhom m’għandhomx ikunu meqjusa bħala partijiet terzi.
(3) L-offerent għandu jinkludi lista sħiħa ta’ impriżi bħal dawn fit-tressiq tal-offerta tiegħu. Il-lista għandha tkun aġġornata wara li jkun sar kwalunkwe tibdil fir-relazzjoni bejn l-impriżi.
