# L.S. 601.07, regolament 45. Standards ta’ ġestjoni ambjentali

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/45 · English: https://procurelex.mt/en/defence/45
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

Meta l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti, fil-każijiet imsemmija fir-regolament 43(1)(f), jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ ġestjoni ambjentali, huma għandhom jirriferu għas-sistema komunitarja ta’ ġestjoni ambjentali u verifika jew għall-istandards ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja jew mal-istandards Ewropej jew internazzjonali rigward iċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ miżuri ekwivalenti ta’ ġestjoni ambjentali mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.
