# L.S. 601.07, regolament 44. Standards ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni tal-kwalità

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/44 · English: https://procurelex.mt/en/defence/44
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

F’każ li l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti akkreditati, li juru li l-operatur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti standards ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità, huma għandhom jirriferu għas-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità bbażati fuq l-istandards Ewropej ċċertifikati minn korpi indipendenti akkreditati li jikkonformaw mal-istandards Ewropej li jikkonċernaw l-akkreditazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ekwivalenti ta’ korpi indipendenti akkreditati stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Huma għandhom jaċċettaw ukoll provi oħrajn ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità ekwivalenti mogħtija mill-operaturi ekonomiċi.
