# L.S. 601.07, regolament 41. Idoneità għall-eżerċizzju tal-attività professjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/41 · English: https://procurelex.mt/en/defence/41
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) L-awtorità jew l-entità kontrenti tista’ titlob lil xi operatur ekonomiku sabiex jagħti prova tar-reġistrazzjoni tiegħu, kif preskritta fil-pajjiż fejn ikun stabbilit, f’wieħed mir-reġistri professjonali jew tal-kummerċ jew li jipprovdi dikjarazzjoni taħt ġurament jew ċertifikat kif deskritt fil-Parti A tal-Iskeda VI, għall-kuntratti ta’ xogħlijiet, fil-Parti B tal-Iskeda VI għall-kuntratti ta’ provvisti u fil-Parti Ċ tal-Iskeda VI għall-kuntratti ta’ servizzi.
(2) Fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizzi, meta l-kandidati għandhom bżonn awtorizzazzjoni speċifika jew iridu jkunu membri ta’ organizzazzjoni speċifika sabiex ikunu jistgħu jipprovdu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, l-awtorità jew entità kontraenti tista’ titlobhom jagħtu prova li huma għandhom din l-awtorizzazzjoni jew li huma jagħmlu parti minn din l-organizzazzjoni.
(3) Is-subregolamenti (1) u (2) huma bla preġudizzju għal prinċipji tal-Liġi tal-Komunità fuq il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li tipprovdi servizz.
