# L.S. 601.07, regolament 4. Kuntratti mħallta

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/4 · English: https://procurelex.mt/en/defence/4
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) Kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu xogħlijiet, provvista jew servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti u parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi jew ir-Regolamenti dwar l-Akkwisti Pubbliċi ta’ Entitajiet li Joperaw fis-Settur tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi Postali għandhom jingħataw bi qbil ma’ dawn ir-regolamenti, sakemm l-għoti ta’ kuntratt singolu jkun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.
(2) L-għoti ta’ kuntratt li għandu bħala l-għan tiegħu xogħlijiet, provvista jew servizzi li jaqgħu parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, bil-parti l-oħra li ma taqax taħt dawn ir-regolamenti, jew ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi jew ir-Regolamenti dwar l-Akkwisti Pubbliċi ta’ Entitajiet li Joperaw fis-Settur tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi Postali m’ghandux ikun suġġett għal dawn ir-regolamenti, sakemm l-għoti ta’ kuntratt singolu jkun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi.
(3) Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt singolu ma tistax, madankollu, tittieħed biex teskludi kuntratti milli japplikaw dawn ir-regolamenti, jew ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi jew ir-Regolamenti dwar l-Akkwisti Pubbliċi ta’ Entitajiet li Joperaw fis-Settur tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi Postali.
