# L.S. 601.07, regolament 26. Proċeduri applikabbli

- URL: https://procurelex.mt/mt/difiza/26 · English: https://procurelex.mt/en/defence/26
- Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (L.S. 601.07), consolidated version in force from 2011-10-25; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.7/mlt

(1) Fl-għoti tal-kuntratti, l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti. (2 L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu l-kuntratti billi jirrikorru għall-proċedura ristretta jew għall-proċedura negozjata mal-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.
(3) Fiċ-ċirkostanzi msemmija fir-regolament 28, jistgħu jagħtu l-kuntratti tagħhom permezz tad-djalogu kompetittiv.
(4) Fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi msemmija espressament fir-regolament 29, l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu jirrikorru għal proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt.
